Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
#RightHereRightNow
Tfajla tippoża hi u sserraħ geddumha fuq idha x-xellugija  #RightHereRightNow
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Ejjew ningħaqdu biex nippromwovu u nipproteġu d-drittijiet fundamentali tagħna!
#RightHereRightNow

Aqra l-Karta

 

Soċjetà ġusta hija waħda fejn id-drittijiet huma l-istess għal kull wieħed u waħda minna.

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE hija l-liġi tal-UE li tistabbilixxi d-drittijiet personali, ċivili, politiċi, ekonomiċi u soċjali kollha li kulħadd fl-UE għandu jgawdi.

Il-Karta tpoġġi lil kull individwu fil-qalba tal-valuri universali u demokratiċi tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, l-ugwaljanza u s-solidarjetà li fuqhom hija mibnija l-UE.

L-Unjoni Ewropea tinsab fuq quddiem fil-promozzjoni u l-protezzjoni ta’ dawn id-drittijiet fundamentali.

Tgħallem aktar dwar drittijiet fundamentali speċifiċi, il-Karta, u x’għandek tagħmel jekk id-drittijiet tiegħek jinkisru.

#RightHereRightNow

Id-Drittijiet tat-Tfal

Żewġt itfal, tifel u tifla, b’poża la ġenba  #RightHereRightNow Id-Drittijiet tat-Tfal

It-tfal għandhom ikunu jistgħu jgħixu f’ambjent sigur, ta’ kura u stimulanti sabiex jiksbu l-akbar potenzjal tagħhom.

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE tipproteġi u tiddefendi d-drittijiet u l-aħjar interessi ta’ kull tifel u tifla bħala individwu, u bħala membru ta’ familja u komunità, u b’hekk tippermettilhom igawdu bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom.

Ara l-vidjo 
 

Niżżel u aqsam il-kitt diġitali

Artikolu 24 - Id-drittijiet tat-tfal
  1. It-tfal għandu jkollhom id-dritt għall-protezzjoni u għall-kura meħtieġa għall-ġid tagħhom. Huma jistgħu jesprimu l-opinjonijiet tagħhom liberament. Dawn l-opinjonijiet għandhom jitqiesu f’materji li jirrigwardawhom skont l-età u l-maturità tagħhom.
  2. Fl-azzjonijiet kollha relatati mat-tfal, kemm jekk jittieħdu minn awtoritajiet pubbliċi jew minn istituzzjonijiet privati, l-aħjar interess tat-tfal għandu jkun kunsiderazzjoni primarja.
  3. It-tfal kollha għandu jkollhom id-dritt li jkollhom, regolarment, relazzjoni personali u kuntatt dirett maż-żewġ ġenituri, sakemm dan ma jkunx kontra l-interessi tat-tfal.
Sib appoġġ dwar kif tipproteġi d-Drittijiet tat-Tfal
Malta

Body: Children Ombudsman
Scope of mandate: Promotion of the rights of the child
Contact: Commissioner for Children's Office - Address: 16/18 Tower Promenade, St Lucia, Malta SLC 1019 - Phone: +356 2590 3105 / +356 2590 3102 - Fax: +356 259 03101 - Email: cfcatgov [dot] mt (cfc[at]gov[dot]mt)

Body: Media authority
Scope of mandate: Regulation and supervision of broadcasting
Contact: Broadcasting Authority Malta - 7, Mile End Road, MT- Hamrun HMR 1719, Malta - Tel 00356 21 221281 - info [dot] baatba [dot] org [dot] mt (info[dot]ba[at]ba[dot]org[dot]mt)

Nondiskriminazzjoni

Ġuvni jippoża b’rasu mmejla fuq ġenb wieħed  #RightHereRightNow In-Nondiskriminazzjoni

Kun int mingħajr biża’ ta’ tpattija jew diskriminazzjoni.

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE tipproteġi d-dritt tiegħek li tgħix liberament u li tesprimi l-identità tiegħek - inkluża l-orjentazzjoni sesswali tiegħek. Kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq sess, razza, reliġjon jew twemmin, età, lingwa jew diżabilità hija pprojbita.

Ara l-vidjo 
 

Niżżel u aqsam il-kitt diġitali

Artikolu 21 - Non-diskriminazzjoni
  1. Kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età, jew l-orjentazzjoni sesswali għandha tkun projbita.
  2. Fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali ta’ dawk it-Trattati, kull diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità hi pprojbita.
Sib appoġġ dwar kif tipproteġi d-dritt tiegħek għan-nondiskriminazzjoni
Malta

Body: Equality Body (including gender)
Scope of mandate: Discrimination based on gender, family responsibilities, religion or belief, age, sexual orientation and race/ethnic origin, gender identity, and gender expression or sex characteristics in employment and by banks and financial institutions; discrimination on the grounds of gender as well as race or ethnic origin in the access to and supply of goods and services
Contact: National Commission for the Promotion of Equality - Gattard House, National Road, Blata l-Bajda HMR 9010 Malta - equalityatgov [dot] mt (equality[at]gov[dot]mt) - Telephone number: 00356 22957850

Body: Ombudsman for persons with disabilities
Scope of mandate: Promotion of the rights of persons with disabilities
Contact: Commission for the Rights of Persons with Disability - G5 Offices - Salvu Psaila Street, Birkirkara, BKR9077 - helpdeskatcrpd [dot] org [dot] mt (helpdesk[at]crpd[dot]org[dot]mt) - Helpline: +35622267600 - Telephone number: +35622267600

Body: Bar association
Scope of mandate: Bar association
Contact: Chamber of Advocates of Malta - The Chamber of Advocates, Courts of Justice, Republic Street, VLT2000, VALLETTA - +356 21248601 - infoatavukati [dot] org (info[at]avukati[dot]org)

L-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri

Tfajla b’libsa ħamra tippoża hi u sserraħ geddumha fuq idha x-xellugija  #RightHereRightNow L-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri

Id-drittijiet u l-opportunitajiet tiegħek m’għandhomx ikunu differenti minħabba l-ġeneru tiegħek.

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE tiggarantixxi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel f’kull aspett tal-ħajja, inkluż l-edukazzjoni, ix-xogħol, l-ambjent soċjali u l-parteċipazzjoni politika. Hija l-bażi għall-protezzjoni komprensiva tad-drittijiet għall-bniet u s-subien, in-nisa u l-irġiel.

Ara l-vidjo 
 

Niżżel u aqsam il-kitt diġitali

Artikolu 23 - L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel

L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha tkun żgurata fl-oqsma kollha, inklużi l-impjiegi, il-ħajja tax-xogħol u l-paga. Il-prinċipju ta’ ugwaljanza m’għandux jimpedixxi li jinżammu fis-seħħ jew jiġu adottati miżuri maħsuba biex jagħtu vantaġġi speċifiċi lis-sess l-anqas irrappreżentat.

Sib appoġġ dwar kif tipproteġi d-dritt tiegħek għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri
Malta

Body: Equality Body (including gender)
Scope of mandate: Discrimination based on gender, family responsibilities, religion or belief, age, sexual orientation and race/ethnic origin, gender identity, and gender expression or sex characteristics in employment and by banks and financial institutions; discrimination on the grounds of gender as well as race or ethnic origin in the access to and supply of goods and services
Contact: National Commission for the Promotion of Equality - Gattard House, National Road, Blata l-Bajda HMR 9010 Malta - equalityatgov [dot] mt (equality[at]gov[dot]mt) - Telephone number: 00356 22957850

Il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni

Ġuvni jitbissem b’simbolu hash blu fuq il-ħadd tax-xellug  #RightHereRightNow  Il-Libertà tal-Espressjoni u tal-Informazzjoni

Għandu jkollok aċċess bla xkiel għall-għodda meħtieġa sabiex issawwar opinjonijiet infurmati sew, u tkun liberu li tesprimi opinjonijiet bħal dawn mingħajr biża’ ta’ sanzjonijiet jew ritaljazzjoni.

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE tipproteġi d-dritt tiegħek għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, u tipproteġi wkoll id-drittijiet tal-midja - sabiex dawn ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom b’mod ħieles u indipendenti.

Ara l-vidjo 
 

Niżżel u aqsam il-kitt diġitali

Artikolu 11 - Il-libertà ta' l-espressjoni u ta' l-informazzjoni
  1. Kull persuna għandha d-dritt għal-libertà tal-espressjoni. Dan id-dritt jinkludi l-libertà ta’ opinjoni u l-libertà li tirċievi jew tagħti informazzjoni u ideat mingħajr indħil mill-awtorità pubblika u indipendentement mill-fruntieri.
  2. Il-libertà u l-pluraliżmu tal-mezzi tal-komunikazzjoni għandhom ikunu rrispettati.
Sib appoġġ dwar kif tipproteġi d-dritt tiegħek għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni
Malta

Body: Consumer protection body
Scope of mandate: Regulatory authority on consumers rights
Contact: Competition and consumers affairs authority - infoatmccaa [dot] org [dot] mt (info[at]mccaa[dot]org[dot]mt) - +356 2395 2000 - +356 8007 4400

Rimedju effettiv u proċess ġust

Tfajla titbissem liebsa blouse blu  #RightHereRightNow  Rimedju Effettiv u Proċess Ġust

Inti dejjem għandek tingħata aċċess effettiv għall-ġustizzja u tkun ittrattat b’mod ġust fil-qorti.

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE tipproteġi d-dritt tiegħek għal rimedju effettiv u proċess ġust, inkluż id-dritt li tinstema’ quddiem tribunal indipendenti, u aċċess għall-għajnuna legali biex tiġi rrappreżentat fil-qorti jekk ikollok nuqqas ta’ riżorsi.

Ara l-vidjo 
 

Niżżel u aqsam il-kitt diġitali

Artikolu 47 - Id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali

Kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha garantiti mil-liġi tal-Unjoni jiġu vjolati għandha d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. Kull persuna għandha d-dritt għal smigħ ġust u pubbliku fi żmien raġjonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel bil-liġi. Kull persuna għandu jkollha l-possibbiltà li tieħu parir, ikollha difiża u tkun irrappreżentata. L-għajnuna legali għandha tkun aċċessibbli għal dawk li ma jkollhomx mezzi biżżejjed, fil-każijiet fejn din l-għajnuna hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja.

Sib appoġġ dwar kif tipproteġi d-dritt tiegħek għal rimedju effettiv u proċess ġust
Malta

Body: Ombudsman
Scope of mandate: Violations of rights and maladministration by public authorities
Contact: Office of the Ombudsman - 11 St Paul Street MT-Valletta VLT 07 - Tel.:+356 21 24 79 44; +356 2248 3200 - office @ombudsman.org.mt

Body: Data protection authority
Scope of mandate: Application of data protection law (EU General Data Protection Regulation and relevant national laws)
Contact: Office of the Information and Data Protection Commissioner - Second Floor, Airways House, High Street, Sliema SLM 1549 - Tel. +356 2328 7100 - idpc [dot] infoatidpc [dot] org [dot] mt (idpc[dot]info[at]idpc[dot]org[dot]mt)

Body: Crime victim support
Scope of mandate: Victims rights
Contact: (NGO) Victim Support Malta - 1, Rhea Flats, Triq Santissima Trinita, MRS 2280 Marsa, Malta - +356 2122 8333 - info @victimsupport.org.mt

 

Kif titlob id-drittijiet tiegħek

Niżżel u aqsam il-kitt diġitali

#RightHereRightNow - Download PDF image
  • Pubblikazzjonijiet ġenerali
  • 10 Diċembru 2021
Aqra PDF tal-Karta tal-UE
#RightHereRightNow - Download Infographic cards image
  • Pubblikazzjonijiet ġenerali
  • 10 Diċembru 2021
Karti infografiċi
#RightHereRightNow - Download Social media image
  • Pubblikazzjonijiet ġenerali
  • 10 Diċembru 2021
Niżżel u aqsam il-kitt diġitali
  • Изтеглете и споделете цифровия комплект
    (36.3 MB - ZIP)
  • Descarga y comparte el kit digital
    (41.03 MB - ZIP)
  • Stáhněte si a sdílejte digitální sadu
    (39.65 MB - ZIP)
  • Download, og del det digitale sæt
    (41.75 MB - ZIP)
  • Lade das digitale Kit herunter und teile es mit anderen
    (41.08 MB - ZIP)
  • Digitaalse tööriistakasti allalaadimine ja jagamine
    (39.67 MB - ZIP)
  • Κάνε Download και κοινοποίησε το ψηφιακό κιτ
    (40.58 MB - ZIP)
  • Download and share the digital kit
    (40.31 MB - ZIP)
  • Télécharger et partager le kit numérique
    (45.96 MB - ZIP)
  • Íoslódáil agus comhroinn an fhoireann dhigiteach
    (36.03 MB - ZIP)
  • Preuzmite i podijelite digitalni komplet
    (40.42 MB - ZIP)
  • Scarica e condividi il digital kit
    (40.35 MB - ZIP)
  • Lejupielādēt un kopīgot digitālo komplektu
    (40.42 MB - ZIP)
  • Atsisiųsti ir dalintis skaitmeninėmis priemonėmis
    (39.88 MB - ZIP)
  • A digitális eszköztár letöltése és megosztása
    (42.61 MB - ZIP)
  • Download en deel de digitale kit
    (39.36 MB - ZIP)
  • Pobierz i udostępnij zestaw cyfrowy
    (41.44 MB - ZIP)
  • Transfere e partilha o kit digital
    (41.67 MB - ZIP)
  • Escărcați și distribuiți pachetul cu informații
    (40.73 MB - ZIP)
  • Stiahnite si a zdieľajte digitálnu súpravu
    (39.62 MB - ZIP)
  • Prenesi in deli digitalni komplet
    (40.18 MB - ZIP)
  • Lataa ja jaa digitaalipakkaus
    (40.54 MB - ZIP)
  • Ladda ned och dela det digitala kitet
    (32.7 MB - ZIP)
#RightHereRightNow - Download Videos image
  • Pubblikazzjonijiet ġenerali
  • 10 Diċembru 2021
Vidjows